Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Ġunju 2009 - Birkhoff vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-60/09)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Gerhard Birkhoff (Weitnau, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Inzillo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża li jikseb proroga tal-applikazzjoni tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal favur binthu mill-1 ta' Jannar 2009, u kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas is-somom dovuti abbażi ta' dan mill-1 ta' Jannar 2009.

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara li hija illegali u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tat-2 ta' April 2009, inkwantu illegali u manifestament infondata fil-fatt u fid-dritt, kif ukoll kull att u/jew deċiżjoni adottati qabel din id-deċiżjoni, relatati u konsegwenti, u b'mod partikolari dik tal-14 ta' Novembru 2008, maħruġa mill-PMO4;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas is-somom dovuti lir-rikorrent mill-1/1/2009, flimkien mal-interessi sad-data tal-ħlas;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________