Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-tieni Awla) tal-5 ta' Lulju 2007 - Ider, Desorbay u Noschese vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-25/06)1

(Servizz Pubbliku - Aġenti kuntrattwali - Klassifiki u remunerazzjoniet - Uffiċju 'Infrastruttura u Loġistika' fi Brussell (OIB) - Aġenti inkarigati minn kompetenzi ta' eżekuzzjoni - Ex-impjegati taħt id-dritt Belġjan - Bdil fis-sistema applikabbli - Trattament ugwali)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Béatrice Ider (Halle, il-Belġju), Marie-Claire Desorbay (Meise, il-Belġju) u Lino Noschese (Braine-le-Chateâu, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u L. Lozano Palacios)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-ilmenti li r-rikorrenti kienu ressqu kontra d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-klassifiki u r-remunerazzjonijiet tagħhom bħala aġenti kuntrattwali.

Dispożittiv tas-sentenza

Id-deċiżjoni li biha l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej iffissat ir-remunerazzjoni tas-Sinjura Ider, abbażi tal-kuntratt ta' aġenti kuntrattwali ffirmat f'April 2005, hija annullata.

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tas-Sinjura Ider.

Is-Sinjura Ider għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.

Is-Sinjura Desorbay u s-Sur Noschese għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 108 tas-6.5.2006, p. 34.