Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta' Ġunju 2011

Mantzouratos vs Il-Parlament

(Kawża F-64/10)1

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2009 - Deċiżjoni ta' nuqqas ta' promozzjoni - Ammissibbiltà ta' eċċezzjoni ta' illegalità

- Eżami komparattiv tal-merti - Żball manifest ta' evalwazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Andreas Mantzouratos (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma jippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 13 fil-proċedura ta' promozzjoni 2009, kif ukoll id-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali li għandhom inqas punti ta' mertu mir-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 274, 9.10.10, p.33.