Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2013 – ZZ et vs EEAS

(Kawża F-100/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-EEAS li, mill-1 ta’ Jannar 2014, ma jibqax iħallas l-allowance tal-kundizzjonijiet tal-ħajja lill-uffiċjali assenjati fl-Arġentina, fiċ-Ċilì, fiċ-Ċina (Ħong Kong), fil-Ġappun, fil-Malasja, f’Singapor u fit-Tajwan.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-Deċiżjoni MDR/C6/(2012) tal-EEAS, tad-19 ta’ Diċembru 2012, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ddeċidiet li tneħħi l-allowance tal-kundizzjonijiet tal-ħajja għal membri tal-persunal ibbażati fid-delegazzjonijiet u fl-uffiċji tal-UE fl-Arġentina, fiċ-Ċina (Ħong Kong), fiċ-Ċilì, fil-Ġappun, fil-Malasja, f’Singapor u fit-Tajwan;

konsegwentement, jordna l-ħlas tal-allowances tal-kundizzjonijiet tal-ħajja b’rata ta’ 15 % mill-1 ta’ Jannar 2014;

jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.