Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' Settembru 2011 - M vs EMA

(Kawża F-6/11) 1

(Servizz pubbliku - Rikors għad-danni - Rikors manifestament inammissibbli)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: M (Broxbourne, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Thomann, barrister u I. Khawaja, solicitor)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: V. Salvatore u N. Rampal Olmedo, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għal dannu allegatament subit mir-rikorrent wara aċċident fuq il-post tax-xogħol li seħħ minħabba l-ksur mill-Aġenzija tal-obbligi tagħha fil-qasam tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-impjegati fuq il-post tax-xogħol skont il-leġiżlazzjoni Ewropea u Brittanika.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

M għandu jbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 148, 5/6/10, p. 37.