Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Bratislave – is-Slovakkja) – PPC Power a.s. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky, Daňový úrad pre vybrané daňové subjekty

(Kawża C-302/17) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Għanijiet – Allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-kwoti ttrasferiti u mhux użati għal taxxa)

Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Bratislave

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PPC Power a.s.

Konvenuti: Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky, Daňový úrad pre vybrané daňové subjekty

Dispożittiv

Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tintaxxa, sa 80 % tal-valur tagħhom, il-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra allokati mingħajr ħlas li ġew mibjugħa jew li ma ntużawx mill-impriżi suġġetti għal skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

____________

1     ĠU C 269, 14.8.2017