Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-24 ta’ Ġunju 2019 – Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

(Kawża C-480/19)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: E

Parti oħra fil-proċedura: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Domanda preliminari

L-Artikoli 63 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interpretazzjoni nazzjonali fis-sens li d-dħul li persuna fiżika residenti fil-Finlandja tirċievi mingħand impriża ta’ investiment kollettiv li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni u li hija kkostitwita fil-forma statutorja fis-sens tad-Direttiva 2009/65/KE 1 (UCITIS ikkostitwita fil-forma statutorja) ma huwiex, għall-finijiet tat-taxxa fuq id-dħul, assimilat ma’ dħul imħallas minn fond ta’ investiment Finlandiż ikkostitwit fil-forma kuntrattwali fis-sens ta’ din id-direttiva (UCITIS ikkostitwita fil-forma kuntrattwali), minħabba li l-forma legali tal-impriża ta’ investiment kollettiv li għandha s-sede tagħha fl-Istat Membru l-ieħor ma tikkorrispondix mal-istruttura legali tal-fond ta’ investiment nazzjonali?

____________

1 Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU 2009, L 302, p. 32).