Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Settembru 2009 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-81/09)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad parzjalment it-talba tar-rikorrent intiża sabiex tikseb l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-kalkolu tal-interessi moratorji dovuti fir-rigward tal-benefiċċju ta' invalidità mogħti lilu bejn Ġunju 2005 u April 2008.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta, indipendentement mill-forma tagħha, li permezz tagħha ġiet parzjalment miċħuda t-talba tat-22 ta' Settembru 2008, jiġifieri, l-annullament tad-deċiżjoni, indipendentement mill-forma tagħha, li permezz tagħha l-Kummissjoni kkalkolat u ħallset lir-rikorrenti l-interessi moratorji dovuti lilu għal kull parti mill-ammonti mensili mogħtija lilu bħala benefiċċju ta' invalidità, u li jirrigwardaw il-perijodu bejn Ġunju 2005 u April 2008, li tħallsu lilu f'ammont wieħed fid-29 ta' Mejju 2009, b'data ta' ħruġ tat-28 ta' Mejju 2008, minflok fl-aħħar ta' kull xahar matul l-imsemmi perijodu, liema ammont huwa iżgħar minn dak li kieku kien ikkalkolat u mogħti lilu li kieku ġew applikati l-kriterji stabbiliti fit-talba tat-8 ta' Settembru 2008, jiġifieri: (a) li kieku d-29 ta' Mejju 2008 tqis bħala dies ad quem; (b) li kieku l-ewwel ġurnata tax-xahar wara dak li matulu kellhom jitħallsu lir-rikorrent kull waħda mill-partijiet tal-ammonti mensili inkwistjoni tqieset bħala dies a quo; (ċ) li kieku r-rata ta' interessi applikata kienet ta' 10 % fis-sena, b'kapitalizzazzjoni annwali;

jannulla n-nota tas-16 ta' Diċembru 2008 sa fejn hija sfavorevoli għar-rikorrent, jiġifieri, sa fejn il-Kummissjoni parzjalment ċaħdet it-talba tat-8 ta' Settembru 2008, meta l-Kummissjoni kkalkolat u ħallset inqas interessi milli kien jiġi kkalkolat u mħallas li kieku ġew applikati l-kriterji stabbiliti fit-talba tat-8 ta' Settembru 2008;

jikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent id-differenza bejn l-ammont tal-interessi kkalkolati skont il-kriterji stabbiliti fit-talba tat-8 ta' Settembru 2008 u l-ammont tal-interessi effettivament imħallas, u, jekk ikun il-każ, illi l-konvenuta ma tapplikax, għall-kawża preżenti, skont l-Artikolu 241 KE (qabel l-Artikolu 184) dawk il-partijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunità Ewropea fil-qasam tal-kriterji tal-iffissar tal-ammont tar-rata ta' interessi li għandha titħallas fuq dejn li l-Kummissjoni jkollha ma' xi ħadd li għalih japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll fil-qasam tal-kapitalizzazzjoni tal-interessi;

jikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti, l-interessi bir-rata ta' 10 % fis-sena u b'kapitalizzazzjoni annwali, mid-29 ta' Mejju 2008 sal-ħlas effettiv, fuq id-differenza fl-interessi, kif ukoll l-ammont ta' EUR 1, u jekk ikun il-każ, illi l-konvenuta ma tapplikax, għall-kawża preżenti, skont l-Artikolu 241 KE (qabel l-Artikolu 184), dawk il-partijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunità Ewropea fil-qasam tal-kriterji tal-iffissar tal-ammont tar-rata ta' interessi li għandha titħallas fuq dejn li l-Kummissjoni jkollha ma' xi ħadd li għalih japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll fil-qasam tal-kapitalizzazzjoni tal-interessi;

jikkundanna lill-konvenuta tħallas lura l-ispejjeż, id-drittijiet u l-onorarji kollha tal-proċedura li jirrigwardaw dan ir-rikors;

sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni indipendentement mill-forma tagħha, li permezz tagħha ġew miċħuda l-ilment tat-18 ta' Frar 2009 u n-nota tad-29 ta' Mejju 2009.

____________