Language of document :

Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2020 minn Katjes Fassin GmbH & Co. KG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-10 ta’ Lulju 2020 fil-Kawża T-616/19 – Katjes Fassin GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-446/20 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (rappreżentant: S. Stolzenburg-Wiemer, Rechtsanwältin)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Haribo The Netherlands & Belgium B.V.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ddeċidiet, permezz tad-digriet tat-12 ta’ Novembru 2020, li tiċħad it-talba għal ammissjoni tal-appell, u li l-appellanti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________