Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-14 ta’ Diċembru 2018 – GAEC Jeanningros vs Institut national de l’origine et de la qualité (INAO), Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation, Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-785/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GAEC Jeanningros

Konvenuti: Institut national de l’origine et de la qualité (INAO), Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation, Ministre de l’Économie et des Finances

Parti oħra fil-proċedura: Comité interprofessionnel de gestion du Comté

Domanda preliminari

L-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel 1 , l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-istabbiliment ta’ simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji 2 , u l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel 3 , flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-ipoteżi partikolari li fiha l-Kummissjoni Ewropea tilqa’ talba tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ Stat Membru intiża għal bidla fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ isem u tar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata, filwaqt li din it-talba tkun għadha s-suġġett ta’ rikors pendenti quddiem il-qrati nazzjonali ta’ dan l-Istat, dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jiddeċiedu li ma jkunx hemm iktar lok li tinqata’ l-kwistjoni pendenti quddiemhom jew, fid-dawl tal-effetti marbuta ma’ annullament eventwali tal-att ikkontestat dwar il-validità tar-reġistrazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, huma jkollhom jagħtu deċiżjoni dwar il-legalità tal-att tal-awtoritajiet nazzjonali?

____________

1     ĠU L 343, p. 1, rettifiki fil-ĠU L 343, p. 27, u fil-ĠU L 191, p. 10.

2     Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-istabbiliment ta’ simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji (ĠU L 179 tad-19.06.2014, p. 17).

3     Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, p. 39, rettifiki fil-ĠU L 39, p. 23, fil-ĠU L 68, p. 20, u fil-ĠU L 67, p. 121).