Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Settembru 2012 - ZZ vs Europol

(Kawża F-103/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-EUROPOL, meħuda sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta' Ġunju 2010 fil-Kawża Doyle vs Europol, F-37/09, li permezz tagħha Europol tat lir-rikorrent somma f'daqqa bħala kumpens għad-dannu kkawżat lilu mid-deċiżjoni li l-imsemmija sentenza annullat.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2011 li permezz tagħha l-konvenut alloka lir-rikorrent somma ta' EUR 3 000 bħala kumpens għad-dannu li huwa ġarrab u li timplementa b'mod komplut sentenza preċedenti tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, kif ukoll id-deċiżjoni tad-29 ta' Ġunju 2012 li permezz tagħha l-ilment ippreżentat mir-rikorrent kontra d-deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2011 ġie miċħud;

jikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż, inkluż is-salarju tar-rappreżentant.

____________