Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2012 – ZZ vs L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)

(Kawża F-7/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)

Suġġett u deskrizzjoni tal-proċeduri

L-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera, il-lista tal-2010 ta’ uffiċjali promossi u, jekk ikun neċessarju, l-annullament tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Ottubru 2011 li tiċħad it-talba tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera tal-2009 tar-rikorrent;

annullament tad-deċiżjoni tas-16 ta’ Novembru 2010 li tistabbilixxi l-lista ta’ persunal promossi fil-proċedura ta’ promozzjoni tal-2010;

jekk ikun neċessarju, annullament tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Ottubru 2011 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tas-16 ta’ Ġunju 2011;

tikkundanna lil ENISA għall-ispejjeż.