Language of document : ECLI:EU:C:2013:198

Kawża C‑91/12

Skatteverket

vs

PCF Clinic AB

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen)

“VAT – Direttiva 2006/112/KE – Eżenzjonijiet – Artikolu 132(1)(b) u (ċ) – Sptar u kura medika kif ukoll l-attivitajiet relatati mill-viċin magħhom – Provvista tal-kura medika lill-persuna kkonċernata fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-professjonijiet mediċi u paramediċi – Servizzi li jikkonsistu f’atti kirurġiċi u trattamenti ta’ natura estetika – Intervent ta’ natura purament kożmetiku li jirriżulta biss mill-volontà tal-pazjent”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet – Eżenzjoni għal sptar u kura medika kif ukoll għal attivitajiet li huma strettament relatati – Eżenzjoni tal-għoti ta’ kura lill-persuna fil-kuntest tal-professjonijiet mediċi u paramediċi – Kura medika u kura lill-persuna – Kunċett – Operazzjonijiet ta’ kirurġija estetika u trattamenti ta’ natura estetika – Inklużjoni – Kundizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 132(1)(b) u (ċ))

L-Artikolu 132(1)(b) u (ċ) tad-Direttiva2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

- provvista ta’ servizzi li jikkonsistu f’operazzjonijiet ta’ kirurġija estetika u ta’ trattamenti ta’ natura estetika, jaqgħu fil-kunċetti ta’ “kura medika” jew “kura [lill-persuna]” fis-sens tal-paragrafu 1(b) u (ċ), meta dawn is servizzi għandhom bħala għan li jagħmlu djanjosi, li jagħtu kura jew li jfejqu l-mard jew l-anomaliji tas-saħħa jew jipproteġu, iżommu jew ifejqu s-saħħa tal persuni;

- is-sempliċi opinjonijiet suġġettivi li l-persuna li tissuġġetta ruħha għal intervent ta’ natura estetika jkollha dwar dan, ma jagħmluhiex, minnhom infushom, determinanti għall-finijiet tal-kwistjoni ta’ jekk dan l-intervent għandux għan terapewtiku;

- iċ-ċirkustanzi fejn is-servizzi inkwistjoni huma pprovduti jew imwettqa minn membru tal-korp mediku awtorizzat, jew li l-għan ta’ tali interventi għandu jiġi ddeterminat minn tali professjonist, jistgħu jinfluwenzaw l-evalwazzjoni, tal-kwistjoni ta’ jekk dawn l-interventi jaqgħux fil-kunċetti ta’ “kura medika” jew ta’ “kura [lill-persuna]” fis-sens tal-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva 2006/112 u tal-Artikolu 132(1)(ċ) ta’ din id-direttiva, u li

- għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ jekk dawn is-servizzi huma eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Artikolu 132(1)(b) jew (ċ) tad-Direttiva 2006/112, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti kollha stabbiliti f’dan il-paragrafu 1(b) jew (ċ), kif ukoll dispożizzjonijiet oħra rilevanti skont il-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu IX ta’ din id-direttiva, bħalma huma, f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 132(1)(b) tal-imsemmija direttiva, l-Artikoli 131, 133 u 134 tagħha.

(ara l-punt 39 u d-dispożittiv)