Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Novembru 2017 – Planet49 GmbH vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

(Kawża C-673/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Planet49 GmbH

Konvenuta: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Domandi preliminari

1.    a) Il-kunsens previst fl-Artikolu 5(3) u fl-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2002/58/KE 1 moqrija flimkien mal-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE 2 huwa validament mogħti meta l-ħażna ta’ informazzjoni jew l-aċċess għal informazzjoni maħżuna f’tagħmir terminali tal-utent huma awtorizzati minn kaxxa inkroċjata awtomatikament li l-utent għandu jikklikkja fuqha sabiex jirrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu?

b)    L-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2002/58/KE moqrija flimkien mal-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE għandhom jiġu applikati b’mod differenti skont jekk l-informazzjoni maħżuna jew ikkonsultata hijiex data personali?

c)    Fiċ-ċirkustanzi evokati fid-domanda preliminari 1(a), jeżisti kunsens effettiv fis-sens tal-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/679 3 ?

2.    Liema hija l-informazzjoni li l-fornitur tas-servizz għandu jagħti lill-utent fil-kuntest ta’ informazzjoni ċara u komprensiva skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2002/58/KE? Din tinkludi wkoll it-tul ta’ funzjonament tal-cookies u l-kwistjoni dwar jekk terzi jiksbux aċċess għall-cookies?

____________

1 Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514).

2 Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).

3 Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p.1).