Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-20 ta’ Ġunju 2019 – Vert Marine SAS vs Premier ministre, Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-472/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vert Marine SAS

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Économie et des Finances

Domandi preliminari

1.    Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni 1 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bil-għan li tippromwovi l-akkontabbiltà fl-akkwist pubbliku, tista’ ma tagħtix lil operatur ekonomiku kkundannat permezz ta’ sentenza definittiva għal reat ta’ natura partikolarment serja u li, għal din ir-raġuni, huwa suġġett għal miżura ta’ projbizzjoni li jipparteċipa fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt ta’ konċessjoni għal perijodu ta’ ħames snin, il-possibbiltà li jipproduċi provi li jikkonfermaw li l-miżuri li jkun ħa huma suffiċjenti sabiex juru l-affidabbiltà tiegħu lill-awtorità kontraenti minkejja l-eżistenza ta’ din ir-raġuni ta’ esklużjoni?

2.    Jekk id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 tippermetti lill-Istati Membri jagħtu lil awtoritajiet għajr lill-awtorità kontraenti kkonċernata r-responsabbiltà li tevalwa l-mekkaniżmu ta’ konformità tal-operaturi, tali possibbiltà tippermetti li dan il-mekkaniżmu jiġi fdat lil awtoritajiet ġudizzjarji? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, mekkaniżmi bħal dawk previsti fid-dritt Franċiż dwar it-tneħħija ta’ projbizzjonijiet, ir-riabilitazzjoni ġudizzjarja u l-esklużjoni tal-indikazzjoni tal-kundanna fil-Bulettin Nru 2 tar-rekord kriminali jistgħu jiġi assimilati ma’ mekkaniżmi ta’ konformità fis-sens tad-Direttiva?

____________

1     ĠU 2014, L 94, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2015, L 114, p. 24 u fil-ĠU 2018, L 82, p. 17.