Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2011 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-139/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: Ph.-E. Partsch, E. Raimond, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF dwar l-aħħar stedina għas-smigħ tar-rikorrenti fil-kuntest ta’ investigazzjoni interna u li tindika li rapport finali dwar din l-investigazzjoni ser ikun adottat biss fuq il-bażi ta’ informazzjoni miġbura u analizzata b’mod unilaterali mill-OLAF, jekk ir-rikorrenti ma tilqax din l-istedina, u tal-ittra li tiċħad it-talba tagħha.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 2011;

tannulla l-ittra tat-2 ta’ Diċembru 2011 filwaqt li taġixxi fuq it-talba tal-21 ta’ Novembru 2011;

tagħti lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 6000 bħala kumpens għad-danni;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.