Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Frar 2014 – Armani vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-65/12) 1

(Servizz Pubbliku – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Dritt għall-benefiċċju tal-allowance għall-ulied dipendenti – Wild dipendenti – Wild tal-konjuġi tar-rikorrent)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Armani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u V. Joris, bħala aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tikkonċedix lir-rikorrent allowance tal-familja għal wild il-konjuġi tiegħu, imwieled minn żwieġ preċedenti.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tas-17 ta’ Awwissu 2011, li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea rrifjutat li tirrikonoxxi d-dritt ta’ Armani għal allowance għall-ulied dipendenti fir-rigward ta’ wild il-konjuġi tiegħu, hija annullata.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn Armani.