Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fis-26 ta’ Frar 2019 – Hecta Viticol SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF) – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor, Biroul Vamal de Interior Buzău, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Galaţi

(Kawża C-184/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hecta Viticol SRL

Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF) – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor, Biroul Vamal de Interior Buzău, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Galaţi

Domandi preliminari

L-Artikoli 7, 11 u 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku 1 u l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku 2 jipprekludu l-punt 21 tal-Artikolu I u l-Artikolu IV(1) tal-Ordonanța de urgență a Guvernului nr. 54 din 23 iunie 2010 privind unele măsuri pentru combaterea evaziunii fiscale (Digriet ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 54 tat-23 ta’ Ġunju 2010 dwar ċerti miżuri sabiex tiġġieled l-evażjoni fiskali)?

2)    Il-prinċipju ta’ ċertezza legali u dak ta’ protezzjoni leġittima jipprekludu l- punt 21 tal-Artikolu I u l-Artikolu IV(1) tal-Ordonanța de urgență a Guvernului nr. 54 din 23 iunie 2010 privind unele măsuri pentru combaterea evaziunii fiscale (Digriet ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 54 tat-23 ta’ Ġunju 2010 dwar ċerti miżuri sabiex tiġġieled l-evażjoni fiskali), sa fejn jemendaw ir-rata tad-dazji għal xorb iffermentat mingħajr gass, minbarra l-birra u l-inbid?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206.

2 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 213.