Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-15/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni li tiċħadilha il-permess li tippubblika artiklu, fl-assenza ta’ emenda tat-test propost.

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti talbet li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku:

jannulla d-deċiżjoni kkontestata u, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

jikkundanna s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għall-ispejjeż.

____________