Appell ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2020 minn Talanton AE – Symvouleftiki – Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-13 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-195/18, Talanton AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-359/20 P)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Talanton AE – Symvouleftiki – Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon (rappreżentanti: K. Damis u M. Angelopoulos, dikigoroi)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-195/18, Talanton AE - Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon vs Il-Kummissjoni, fl-intier tagħha,
tilqa’ r-rikors tal-appellanti tas-16 ta’ Marzu 2018,
tiċħad il-kontrotalba tal-konvenuta,
tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż tal-appellanti.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju, huwa bbażat fuq żball ta’ liġi - applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt kontenzjuż u ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali li skontu l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma meħtieġa jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom f’terminu raġonevoli.
Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali aċċettat interpretazzjoni żbaljata tal-kontenut tal-prinċipju ta’ terminu raġonevoli u ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tal-kawża.
Permezz tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, l-appellanti ssostni li kemm it-tul tal-proċedura kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni matul il-proċedura taw lok min-naħa tagħha għal aspettattivi leġittimi li korrezzjonijiet finanzjarji ma jiġux imposti fuqha.
2. It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi - applikazzjoni mhux korretta tal-prinċipju ta’ bona fide, bi ksur tad-dispożizzjonijiet dwar is-subappalt matul l-istħarriġ tal-Kummissjoni.
il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat b’mod mhux korrett l-Artikolu 1134 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan, kif ġie interpretat mill-Qorti tal-Kassazzjoni Belġjana.
____________