Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Paris (Franza) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – IB vs FA

(Kawża C-289/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IB

Konvenut: FA

Domanda preliminari

Meta, bħal f’dan il-każ, miċ-ċirkustanzi fattwali jirriżulta li wieħed mill-konjuġi jaqsam ħajtu bejn żewġ Stati Membri, jista’ jitqies, fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 1 u għall-applikazzjoni tiegħu, li huwa għandu r-residenza abitwali tiegħu f’żewġ Stati Membri, b’tali mod li jekk il-kundizzjonijiet elenkati minn dan l-artikolu jiġu ssodisfatti f’żewġ Stati Membri, il-qrati ta’ dawn iż-żewġ Stati Membri għandhom ġurisdizzjoni ugwali sabiex jagħtu deċiżjoni fuq id-divorzju?

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, u rettifika fil-ĠU 2013, L 82, p. 63).