Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Novembru 2019 – QF vs Germanwings GmbH
(Kawża C-816/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: QF
Konvenuta: Germanwings GmbH
Domanda preliminari
Għal trasportatur tal-ajru li jopera titjira, l-istrajk tal-persunal tiegħu stess organizzat minn sindakati jikkostitwixxi “ċirkustanza straordinarja” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 ?
____________
1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.