Language of document :

Appell ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2019 minn ruwido austria GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-11 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-649/18, ruwido austria GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-823/19 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: ruwido austria GmbH (rappreżentant: A. Ginzburg, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tat-13 ta’ Frar 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-appell bħala inammissibbli u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.

____________