Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Koblenz (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Ġunju 2019 – Remondis GmbH vs Abfallzweckverband Rhein-Mosel-Eifel

(Kawża C-429/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Koblenz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Remondis GmbH

Konvenuta: Abfallzweckverband Rhein-Mosel-Eifel

Parti oħra fil-proċedura: Landkreis Neuwied

Domanda preliminari

L-Artikolu 12(4)(a) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa biżżejjed, sabiex ikun hemm kooperazzjoni, li awtorità kontraenti, responsabbli fit-territorju tagħha għall-irkupru u għar-rimi ta’ skart, ma twettaqx kompletament hija stess il-kompitu ta’ rkupru u ta’ rimi impost fuqha unikament bis-saħħa tad-dritt nazzjonali u li jirrikjedi diversi operazzonijiet, iżda tinkariga awtorità kontraenti oħra, li ma tiddependix minnha u li hija responsabbli wkoll għall-irkupru u għar-rimi ta’ skart, sabiex twettaq, bi ħlas, waħda mill-operazzjonijiet neċessarji?

____________

1     ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68.