Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Ottubru 2007 - Giaprakis vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-106/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Stavros GIAPRAKIS (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea (KTR)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-21 ta' Novembru 2006 tad-Direttur ta' l-Amministrazzjoni tal-KTR li jiġu rkuprati l-ammont li tħallas lir-rikorrent bħala koeffiċjent ta' korrezzjoni fuq il-parti tal-qliegħ mill-impjieg tiegħu ttrasferiti fi Franza minn April 2004 sa Ġunju 2005, għal ammont ta' EUR 1.246,06;

tordna lill-Kumitat tar-Reġjonali sabiex iħallas lura lir-rikorrent is-somma ta' EUR 1.246,06 miżmuma mill-paga tiegħu, miżjuda bl-interessi għad-dewmien bir-rata ta' 8 % fis-sena mill-1 ta' Diċembru 2006, data tal-ħlas lura u sal-ħlas sħiħ;

tordna lill-Kumitat tar-Reġjuni sabiex iħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 1 000 bħala kumpens għad-dannu morali kkawżat mid-deċiżjoni kkontestata;

tordna li l-KTR għandu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motivi simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża F-59/071.

____________

1 - ĠUUE C 199, tal-25.8.2007, p.51