Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 – BU vs AEM

(Kawżi magħquda F-135/11, F-51/12, F-110/12) 1

“Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat – Att li jikkawża preġudizzju – Talba skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Talba għal kwalifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt – Terminu raġonevoli – Ilment kontra ċħid ta’ lment – Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Dmir ta’ premura”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BU (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (AEM) (rappreżentanti: fil-kawża F-135/11, inizjalment minn S. Vincenzo, sussegwentement minn T. Jablonski u G. Gavrilidou, aġenti u assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati, fil-kawża F-51/12, minn T. Jablonski u G. Gavrilidou, aġenti u assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati, u fil-kawża F-110/12, minn T. Jablonski u N. Rampal Olmedo, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li ma jiġix imġedded il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju.

Dispożittiv tal-kawża

Id-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li ma jiġix imġedded il-kuntratt ta’ BU, innotifikata bl-ittra tat-30 ta’ Mejju 2011, hija annullata.

Ir-rikors F-135/11 huwa miċħud għall-kumplament.

Ir-rikorsi F-51/12 u F-110/12 huma miċħuda.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata li tbati l-ispejjeż sostnuti minn BU fil-kawżi F-135/11 u F-51/12.

BU għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat li jbati l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fil-kawża F-110/12.

____________

1 ĠU C 65, 03.03.12, p. 24; ĠU C 209, 14.07.12, p. 14; ĠU C 379, 08.12.12, p. 34.