Language of document : ECLI:EU:F:2007:181

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

31 ta’ Marzu 2011

Kawża F-23/07 RENV-RX

M

vs

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA)

“Ftehim bonarju fuq inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir tal-kawża”

Suġġett: Rikors ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu M jitlob minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA), tal-25 ta’ Ottubru 2006, li tiċħad it-talba tiegħu li jiġi kkostitwit Kumitat tal-Invalidità, u min-naħa l-oħra, li l-EMEA tiġi kkundannata tħallaslu danni

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑23/07 RENV‑RX, għandha titħassar mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. L-EMEA għandha tħallas lir-rikorent is-somma ta’ EUR 3 000. L-EMEA għandha tbati l-ispejjeż kollha fil-proċeduri F‑23/07, T‑12/08 P, T‑12/08 P RENV‑RX u F‑23/07 RENV‑RX.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu69)