Language of document :

Appell ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2019 minn Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-22 ta’ Jannar 2019 fil-Kawża T-198/17, EKETA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-274/19 P)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) (rappreżentanti: Vasileios Christianos, Dimitrios Karagounis, dikigori)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 Jannar 2019 fil-Kawża Τ-198/17; 1

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, sabiex din tiddeċiedi mill-ġdid;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata u tqajjem l-aggravji li ġejjin:

L-ewwel aggravju: Il-Qorti Ġenerali naqset milli tagħti sentenza skont il-liġi u ma evalwatx il-provi kollha mressqa minn ΕΚΕΤΑ. Il-Qorti Ġenerali żnaturat ukoll il-fatti, hekk kif irriżultaw minn dawn il-provi, wettqet żball ta’ liġi dwar l-allokazzjoni tal-oneru tal-prova u kienet qed tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni tagħha.

It-tieni aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, billi interpretat ħażin il-kwistjoni dwar jekk kienx hemm riskju ta’ kunflitt ta’ interess.

It-tielet aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tagħha tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, li hija kisret.

____________

1 ECLI:EU:T:2019:27.