Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht des Saarlandes (il-Ġermanja) fid-9 ta’ April 2019 – QM vs Finanzamt Saarbrücken

(Kawża C-288/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht des Saarlandes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QM

Konvenut: Finanzamt Saarbrücken

Domanda preliminari

L-Artikolu 56(2) tad-Direttiva dwar il-VAT 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “kiri ta’ mezzi ta’ trasport lil persuni mhux taxxabbli” jkopri wkoll it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ vettura li tappartjeni lill-impriża ta’ persuna taxxabbli (vettura tal-kumpannija) lil membru tal-persunal tagħha, f’sitwazzjoni fejn dan il-membru tal-persunal ma jipprovdix kumpens għall-użu tagħha, lanqas billi jipprovdi (parti mix-)xogħol bħala korrispettiv, u għalhekk ma jagħmel ebda ħlas f’dan ir-rigward u lanqas ma juża parti mir-remunerazzjoni tiegħu għaliha, u f’sitwazzjoni fejn dan il-membru tal-persunal ma jkollux il-possibbiltà jagħżel bejn diversi vantaġġi mogħtija mill-persuna taxxabbli bis-saħħa ta’ ftehim bejn il-partijiet li jipprovdi li sabiex ikun juża l-vettura tal-kumpannija l-membru tal-persunal ikollu jirrinunzja għal benefiċċji oħra?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008 (ĠU 2008, L 44, p. 11).