Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Trnave (is-Slovakkja) fid-9 ta’ April 2019 – RN vs Home Credit Slovakia a.s.

(Kawża C-290/19)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Trnave

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RN

Konvenuta: Home Credit Slovakia a.s.

Domandi preliminari

L-Artikolu 10(1)(g) tad-Direttiva 2008/48/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li jissodisfa r-rekwiżit previst fl-imsemmi artikolu, ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi li jindika r-rata annwali effettiva totali mhux permezz ta’ perċentwali speċifiku, iżda permezz ta’ medda ta’ bejn żewġ valuri (minimu-massimu)?

____________

1 ĠU 2008, L 133, p. 66.