Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (il-Latvja) fil-5 ta’ Marzu 2019 – SIA “KOB” vs Madonas novada pašvaldības Administratīvo aktu strīdu komisija
(Kawża C-206/19)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā rajona tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “KOB”
Konvenuta: Madonas novada pašvaldības Administratīvo aktu strīdu komisija
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 18, 49 u 63 TFUE, jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi fuq il-persuni ġuridiċi, sabiex ikunu jistgħu jakkwistaw il-proprjetà ta’ art agrikola, fil-każ fejn is-soċju jew is-soċji li flimkien jirrappreżentaw iktar minn nofs id-drittijiet ta’ vot fil-kumpannija u l-persuni kollha li għandhom is-setgħa li jirrappreżentaw lil din tal-aħħar huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, l-obbligu li jippreżentaw iċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tas-soċji u tar-rappreżentanti tagħha bħala ċittadini tal-Unjoni u dokument li jistabbilixxi li dawn tal-aħħar għandhom konoxxenza tal-lingwa uffiċjali li tikkorrispondi tal-inqas għal-livell B2?
____________