Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Frar 2010 - Nicola vs BEI

(Kawża F-13/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

L-annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni tal-2008, fir-rigward kemm tal-parti li tikkonċerna l-obbjettivi kif ukoll tal-parti li tikkonċerna l-evalwazzjoni, u tal-promozzjonijiet deċiżi fit-18 ta' Marzu 2009. Barra minn hekk, il-kundanna tal-konvenut sabiex jagħmel tajjeb għad-danni morali u materjali mġarrba mir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-23 ta' Settembru 2009 sa fejn il-Kumitat tal-Appelli ċaħad l-appell tar-rikorrent fir-rigward tar-rapport ta' evalwazzjoni tal-2008;

tannulla r-rapport ta' evalwazzjoni tal-2008, fir-rigward kemm tal-parti li tikkonċerna l-obbjettivi kif ukoll tal-parti li tikkonċerna l-evalwazzjoni;

tannulla l-atti konnessi, sussegwenti u preċedenti kollha, fosthom il-linji gwida tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani dwar kif l-evalwazzjoni għandha tiġi indikata b'waħda mill-ewwel ittri tal-alfabett u l-limiti kwantitattivi imposti fir-rigward tal-għoti tal-evalwazzjoni A jew B+, u l-promozzjonijiet deċiżi fit-18 ta' Marzu 2009, sa fejn, fid-dawl tal-evalwazzjoni mogħtija mis-superjuri tar-rikorrent, il-BEI ma ħadux inkunsiderazzjoni fil-punt "Promotions from Function E to D";

tikkundanna lil BEI sabiex jagħmel tajjeb għad-danni morali u materjali, kif ukoll għall-ispejjeż tal-kawża, għall-interessi u għall-evalwazzjoni mill-ġdid monetarja fir-rigward tal-kreditu kkonstatat.

____________