Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Gliwicach (il-Polonja) fil-5 ta’ Marzu 2020 – D. Spółka Akcyjna vs W. Zrt

(Kawża C-127/20)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Gliwicach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: D. Spółka Akcyjna

Konvenuta: W. Zrt

Domandi Preliminari

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li trasportatur tal-ajru li l-ajruplan tiegħu kellu kolliżjoni ma’ għasfur, għandu obbligu – bħala parti mill-miżuri raġonevoli li għandu jadotta – li meta jippjana t-titjira taħt sistema ta’ rotazzjoni jipprevedi riżerva ta’ ħin li tkun suffiċjenti sabiex jitwettqu l-kontrolli ta’ sigurtà meħtieġa?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv:

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 għandu jiġi interpretat fis-sens li trasportatur tal-ajru li l-ajruplan tiegħu kellu kolliżjoni ma’ għasfur, għandu obbligu – bħala parti mill-miżuri raġonevoli li għandu jadotta – li jiddetermina pjan ta’ servizz jew ta’ kompożizzjoni ta’ ekwipaġġ b’tali mod li jkun bil-lest jiżgura li tiġi operata t-titjira immedjatament wara li jitwettqu l-kontrolli ta’ sigurtà meħtieġa irrispettivament mil-limitazzjonijiet tal-ħin ta’ titjira u ta’ servizz kif ukoll mir-rekwiżiti ta’ mistrieħ previsti fl-Anness Nru III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 ?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.

2 ĠU 2012, L 296, p. 1.