Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs UASI

(Kawża F-102/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: Heinrich Tettenborn)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li tiġi applikata l-klawżola li tinsab fil-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti, li tipprevedi t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti fil-każ li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-proċedura tas-selezzjoni ġenerali li jmiss organizzata mill-EPSO għall-grupp funzjonali tiegħu li jispeċjalizza fil-proprjetà industrijali, għall-proċeduri ta’ selezzjoni OHIM/AD/01/13 u OHIM/AST/02/13, u talba għad-danni morali sostnuti minħabba din id-deċiżjoni.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-UASI, mibgħuta lir-rikorrenti permezz ta’ ittra datata t-28 ta’ Novembru 2003, li tiġi applikata l-klawżola li tinsab fl-Artikolu 5 tal-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti, li tipprevedi t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti fil-każ li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-proċedura tas-selezzjoni ġenerali li jmiss organizzata mill-EPSO għall-grupp funzjonali tiegħu li jispeċjalizza fil-proprjetà industrijali, għall-proċeduri ta’ selezzjoni OHIM/AD/01/13 u OHIM/AST/02/13, ippubblikati fil-31 ta’ Ottubru 2013;

tikkundanna lill-UASI għall-ħlas ta’ danni lir-rikorrenti f’ammont xieraq stabbilit mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għad-danni morali kkawżati mid-deċiżjoni tal-UASI msemmija fl-ewwel paragrafu tar-rikors; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.