Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Ġunju 2010 - Hecq vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-47/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: André Hecq (Chaumont-Gistoux, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jirrifjutaw li jirrikonoxxu lir-rikorrent l-invalidità parzjali permanenti fis-sens tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal u li jqiegħdu akkarigu ta' dan tal-aħħar parti mill-ispejjeż u onorarji mediċi sostnuti matul ix-xogħlijiet tal-kumitat mediku.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fil-5 ta' Marzu 2010 (u nnotifikata b'ittra elettronika tat-8 ta' Marzu 2010), li permezz tagħha ġie miċħud l-ilment ippreżentat mir-rikorrent, fid-9 ta' Diċembru 2009, kontra żewġ deċiżjonijiet amministrattivi, tas-7 ta' Settembru 2009, li rispettivament jirrifjutaw li jirrikonoxxu lir-rikorrent, b'mod definittiv, xi kwalunkwe invalidità, fil-kuntest tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, u li barra minn hekk jimponu fuq ir-rikorrent li jbati nofs l-ispejjeż u onorarji tat-tabib li kien ippresjeda l-kumitat mediku, sa ammont ta' EUR 500 (ulterjorment imnaqqas għal EUR 300), u li jbati wkoll it-totalità (imbagħad iktar tard, perċentwali ta' 60 %) tal-ispejjeż u onorarji tat-tabib li kien irrapreżentah fil-kuntest tax-xogħlijiet tal-imsemmi kumitat mediku;

tannulla wkoll l-imsemmija deċiżjonijiet tas-7 ta' Settembru 2009;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________