Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Miskolci Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-6 ta’ Marzu 2019 – UO vs Készenléti Rendőrség
(Kawża C-211/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Miskolci Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: UO.
Konvenuta: Készenléti Rendőrség
Domandi preliminari
L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol 1 għandu jiġi interpretat, fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva huwa ddeterminat mill-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/391/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol 2 ?
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 89/391/KEE, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li l-punti 1 u 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ma għandhomx japplikaw għal uffiċjali tal-pulizija li huma membri tal-persunal professjonali tal-Pulizija ta’ Intervent Rapidu?
____________
1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.
2 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349.