Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2009 - Bennett et vs UASI

(Kawża F-102/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Kelly-Marie Bennett (Mutxamel, Spanja) et (rappreżentanti: L. Levi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, l-annulament tad-deċiżjonijiet ta' xoljiment tal-kuntratti tar-rikorrenti permezz ta' klawżola ta' xoljiment marbuta mas-suċċess tagħhom f'kompetizzjoni ġenerali bi speċalizzazzjoni fil-proprjetà industrijali. Min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrenti.

Talbiet tal-partijiet

Tannulla d-deċiżjonijiet ta' xoljiment tal-kuntratti tar-rikorrenti, tat-12 ta' Marzu 2009;

sa fejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tad-9 ta' Ottubru 2009, innotifikata fl-istess jum, li tiċħad l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti fit-12 ta' Ġunju 2009;

konsegwentement, tikkundanna lill-konvenut (i) għal kumpens lir-rikorrenti, bħala ħlas għad-danni, għal perijodu bejn id-dħul fis-seħħ tax-xoljiment tal-kuntratti tagħhom u d-data tal-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid minħabba l-annullament tad-deċiżjonijiet meħuda, u (ii) għal rikostituzzjoni tal-karriera ta' kull wieħed mir-rikorrenti indebitament imwaqqfa minn xogħlhom permezz tad-deċiżjonijiet ta' xoljiment tal-kuntratti tagħhom; fil-każ li l-integrazzjoni mill-ġdid tar-rikorrenti tinvolvi diffikultajiet prattiċi kbar jew tidher eċċessiva fir-rigward tas-sitwazzjoni ta' terzi, il-konvenut għandhu jiġi kkundannat għal ħlas ta' kumpens fi flus ekwu għax-xoljiment illegali tal-kuntratti tar-rikorrenti. Tali kumpens għandu jqis, b'mod partikolari, mhux biss it-telf ta' remunerazzjoni tal-passat iżda wkoll il-possibbilità serja, li kellhom ir-rikorrenti, li jibqgħu jaħdmu għall-UASI saż-żmien tal-irtirar tagħhom, f'kuntest ta' kuntratt għal perijodu kompletament indeterminat u li javvanzaw fil-karriera tagħhom;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjonijiet ta' xoljiment tal-kuntratti tar-rikorrenti sa fejn it-terminu tan-notifika ma kienx ġie ffissat b'kunsiderazzjoni għas-snin kollha ta' servizz, ta' kull wieħed mir-rikorrenti, fi ħdan l-UASI;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta' danni materjali u morali subiti, valutati ex aequo et bono għal EUR 85 000 għal kull wieħed mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

____________