Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2013 – Possanzini vs Frontex

(Kawża F-124/11)1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-Frontex – Membru tal-persunal temporanju – Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera li jinkludi evalwazzjonijiet negattivi tal-validatur mhux ikkomunikati lill-persuna kkonċernata – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat – Deċiżjoni bbażata fuq l-opinjoni tal-validatur – Drittijiet tad-difiża – Ksur – Kawża ta’ natura pekunjarja – Ġurisdizzjoni sħiħa)

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Daniele Possanzini (Pisa, l-Italja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) (rappreżentanti: S. Vuorensola u H. Caniard, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tħassar id-deċiżjoni li jiġġedded il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti.Dispożittiv Id-deċiżjoni tat-28 ta’ Marzu 2011 li ma jiġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ta’ D. Possanzini, adottata mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, hija annullata.L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil D. Possanzini s-somma ta’ EUR 5000 bħala danni.L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn D. Possanzini.