Language of document :

Rikors imressaq fit-22 ta' Frar 2008 - Miguelez Herreras vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-22/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Benedicta Miguelez Herreras (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: M. van der Woude, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tas-17 ta' April 2007 safejn din ma tagħti lir-rikorrenti ebda punt ta' prijorità supplementari u b'hekk iżżomm l-attribuzzjoni ta' żewġ punti ta' prijorità u ta' total ta' 23 punt għall-proċedura ta' promozzjoni 2003, u l-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta' kumpens.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta' April 2007 safejn din ma tagħti lir-rikorrenti ebda punt ta' prijorità supplementari u b'hekk iżżomm l-attribuzzjoni ta' żewġ punti ta' prijorità u ta' total ta' 23 punt għall-proċedura ta' promozzjoni 2003;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' kumpens ta' EUR 5 000;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________