Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta' Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audencia Provincial de Barcelona - (Spanja) - Joan Cuandrench Moré vs Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV
(Kawża C-139/11)
(Trasport bl-ajru - Kumpens u assistenza għal passiġġieri - Passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu, kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet - Terminu għall-preżentata ta' rikors)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audencia Provincial de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Joan Cuandrench Moré
Konvenuta: Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Audiencia Provincial de Barcelona - Interpretazzjoni tal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10) - Assenza ta' terminu ta' rikors - Artikolu 35 tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta' ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru (Konvenzjoni ta' Montreal), approvata b'deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' April 2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 491) - Liġi applikabbli
Dispożittiv
Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu li fih l-azzjonijiet li għandhom bħala għan il-kisba tal-ħlas bħala kumpens previst fl-Artikoli 5 u 7 ta' dan ir-regolament għandhom jiġu ppreżentati huwa stabbilit skont ir-regoli ta' kull Stat Membru fil-qasam tal-preskrizzjoni ta' azzjoni.
____________1 - ĠU C 179, 18.06.2011