Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta' Diċembru 2008 - Efstathopoulos vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-144/07)1

(Servizz pubbliku - Ex-membri tal-persunal temporanju - Regolament (KE, Euratom, KEFA) Nru 2689/95 - Allowance ta' tmiem tas-servizz - Teħid inkunsiderazzjoni ta' bonus għal produttività fil-kalkolu tal-ammont tad-dħul gross irċevut fil-kuntest tal-funzjonijiet ġodda)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: S. Efstathopoulos (Chalandri, il-Greċja) [rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Michi, avukati]

Konvenut: Il-Parlament Ewropew [rappreżentanti: A. Lukošiūtė u A. Troupiotis, aġenti]

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-18 ta' April 2007 li twassal għal tnaqqis tal-pensjoni ta' rtirar tar-rikorrent u għall-irkupru tal-pagament żejjed.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha

____________

1 - ĠU C 92, 12.4.2008, p. 50.