Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2016 – Cat vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-117/14) 1

[Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Pensjonijiet – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba taħt skemi oħra – Deċiżjoni li tirrikonoxxi l-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz bl-applikazzjoni tad-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Perunal – Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors manifestament infondat]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michel Cat (Cotonou, il-Benin) (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz u D. Verbeke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement minn G. Gattinara, aġent)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-DĠI l-ġodda rigward l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU 2015, C 7, p. 56.