Language of document :

Appell ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2018 minn Pracsis SPRL, Conceptexpo Project mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-3 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-33/18, Pracsis u Conceptexpo Project vs Il-Kummissjoni u EACEA

(Kawża C-794/18 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Pracsis SPRL, Conceptexpo Project (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Agence exécutive “Éducation, audiovisuel et culture” (EACEA)

B’digriet tal-11 ta’ April 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell bħala parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli.

____________