Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2012 – ZZ vs Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(Kawża F-21/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li twaqqaf il-benefiċċju tal-allowance ta’ espatrijazzjoni tar-rikorrent u għall-irkupru retroattiv ta’ din l-allowance.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 tal-Awtorità tal-Ħatra (iktar ’il quddiem l-“Awtorità tal-Ħatra”) tal-KESE, li twaqqaf il-benefiċċju tal-allowance ta’ espatrijazzjoni tar-rikorrent b’effet mill-1 ta’ Lulju 2010 u għall-irkupru tal-allowance ta’ espatrijazzjoni li rċieva minn din id-data;

sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Awtorità tal-Ħatra tal-KESE li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fid-9 ta’ Settembru 2011 abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

jikkundanna lill-KESE jirrimborsa lir-rikorrent l-allowance ta’ espatrijazzjoni rkuprata mill-1 ta’ Lulju 2010 u jħallas l-allowance ta’ espatrijazzjoni li ma ġietx mogħtija mid-9 ta’ Ġunju 2011, ilkoll bl-interessi moratorji abbażi tar-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew, miżjuda b’żewġ punti;

jikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż.