Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Diċembru 2007 - Sergio et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-137/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giovanni Sergio (Brussell, il-Belġju), et (rappreżentant: M. Lucas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Is-suġġett u d-deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tal-"Protokoll ta' Ftehim bejn l-Organizzazzjonijiet trejdjunjinistiċi u professjonali u d-Direttorat Ġenerali tal-Persunal u ta' l-Amministrazzjoni (DĠ ADMIN)", kif ukoll tad-deċiżjonijiet ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) ikkonfermati mill-Protokoll tad-19 ta' Diċembru 2006 u tad-deċiżjoni ta' l-14 ta' Novembru 2006 - Talba għal danni taħt il-forma tal-ħlas simboliku ta' EUR 1.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-"Protokoll ta' Ftehim bejn l-Organizzazzjonijiet trejdjunjinistiċi u professjonali u d-DĠ ADMIN dwar l-allokazzjoni ta' riżorsi għar-rappreżentazzjoni tal-persunal għas-sena 2006" ikkomunikat lis-Segretarju ta' l-Alliance kif ukoll lill-Presidenti ta' l-Union Syndicale Fédérale (USF) u tal-Fédération de la fonction publique européenne (FFPE) b'nota tad-19 ta' Diċembru 2006 tad-Direttur Ġenerali tal-Persunal u ta' l-Amministrazzjoni;

tannulla d-deċiżjonijiet individwali ta' eżenzjoni mis-servizz adottati favur ir-rappreżentanti ta' l-"Alliance" u/jew tal-"FFPE" fuq il-bażi ta' dan il-Protokoll jew tal-kalkolu tas-26 ta' Mejju 2006 tar-rappreżentazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet trejdjunjinistiċi u professjonali fuq il-bażi tar-riżultati ta' l-elezzjonijiet ta' Mejju 2006 tas-sezzjoni lokali ta' Brussell u kkonfermati mill-protokoll tad-19 ta' Diċembru 2006;

tannulla d-deċiżjoni ta' l-14 ta' Novembru 2006 tad-Direttur Ġenerali tal-Persunal u ta' l-Amministrazzjoni li ttemm il-kollokazzjoni part-time tas-Sur Marquez-Garcia u li ddaħħlu mill-ġdid full-time fid-dipartiment tiegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lil kull wieħed mir-rikorrenti ħlas simboliku ta' EUR 1 sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu morali u politiku subit minnhom bħala rappreżentanti ta' l-Union Syndicale u tad-dannu morali u lill-karriera tagħhom bħala uffiċjali jew membri tal-persunal;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

____________