Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (ir-Renju Unit) fit-22 ta’ Mejju 2020 – Renesola UK Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-209/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Renesola UK Ltd

Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Domandi preliminari

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 1357/2013/UE 1 , sa fejn huwa intiż li jiddetermina l-pajjiż ta’ oriġini ta’ moduli solari mmanifatturati minn materjali li ġejjin minn diversi ġurisdizzjonijiet billi jattribwixxi l-oriġini lill-pajjiż fejn ġew immanifatturati ċ-ċelloli solari, imur kontra l-ħtieġa fl-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill 2913/92/KEE 2 (il-Kodiċi Doganali tal-Komunità), jiġifieri li l-oġġetti li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi iktar minn pajjiż wieħed għandhom jitqiesu li joriġinaw mill-pajjiż fejn għaddew mill-aħħar ipproċessar jew ħidma sostanzjali ġġustifikat ekonomikament f’impriża mgħammra għal dak l-iskop u li jirriżulta fil-manifattura ta’ prodott ġdid jew li jirrappreżenta stadju importanti tal-manifattura, u għalhekk huwa invalidu?

Jekk ir-Regolament 1357/2013 huwa invalidu, l-Artikolu 24 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat li jfisser li l-assemblaġġ ta’ moduli solari minn ċelloli solari u partijiet oħra jikkostitwixxi pproċessar jew ħidma sostanzjali?

____________

1 Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU 2013, L 341, p. 47).

2 Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).