Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-31 ta’ Diċembru 2019 – M.A. vs Konsul Rzeczypospolitej Polskiej w N.

(Kawża C-949/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M.A.

Konvenut: Konsul Rzeczypospolitej Polskiej w N.

Domanda preliminari

L-Artikolu 21(2a) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom 1 b’rabta mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jinftiehem fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz, li ġie rrifjutat viża għal żmien twil u li ma jistax jeżerċita d-dritt għal moviment liberu fit-territorji ta’ Stati Membri oħra li jirriżulta mill-Artikolu 21(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, għandu jkollu dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 2, p. 9.