Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2012 – ZZ vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża F-59/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ECA/2011/67 għall-pożizzjoni ta’ direttur tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani.
Talbiet tar-rikorrent
jannulla l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ECA/2011/67
jannulla d-deċiżjonijiet kollha meħuda fil-kuntest tal-proċedura ta’ reklutaġġ miftuħa wara l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ECA/2011/67;
jipprovdi kumpens għad-dannu materjali mġarrab li jikkonsisti fit-telf ta’ drittijiet finanzjarji marbuta man-nomina (u dan jinkludi kemm il-karriera kif ukoll id-drittijiet għal pensjoni) u, għalhekk, fil-ħlas ta’ dawn id-drittijiet b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011;
fid-dawl tal-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet, l-għoti ta’ EUR 15 000 bħala kumpens għad-dannu morali;
jikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri għall-ispejjeż kollha.