Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 – CA vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-60/12) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni tal-motivi invokati – Rikors manifestament inammissibbli)

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: E. Guerrieri Ciaceri, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tattribwixxix 6 punti ta’ promozzjoni lir-rikorrenti għall-proċedura ta’ promozzjoni 2011 u t-talba għal attribuzzjoni tal-punti neċessarji għall-promozzjoni tagħha għall-grad AST 2 b’effett retroattiv

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

CA għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 243, 11.08.2012, p. 34.