Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-91/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li titlob ir-rimbors tal-allowance tal-espatrijazzjoni u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar riċevuti mir-rikorrent matul il-kollokament tiegħu fil-Ġermanja, flimkien mar-rimbors tal-ammont diġà rkuprat u l-kumpens tad-danni morali.
Talbiet tar-rikorrent
jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Diċembru 2012, li biha r-rikorrent intalab jirrimborsa l-allowance tal-espatrijazzjoni u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali tiegħu mogħtija matul il-kollokament tiegħu fil-Ġermanja;
jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Ġunju 2013, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;
konsegwentement, jirrimborsa l-ammont diġà rkuprat mill-Awtorità tal-Ħatra, flimkien ma’ interessi moratorji bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew +2 punti;
fi kwalunkwe każ, il-kumpens tad-dannu morali subit, evalwat ex aequo et bono għal EUR 5 000;
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.